Dwarna

Fondazzjoni U (Xandir Soċjo-Reliġjuż) twaqfet fl-2005 taħt l-isem ta’ Fondazzjoni Ngħinu lil Ħutna fil-Bżonn. Il-Fondazzjoni U giet ispirata minn programmi televiżivi ta’ natura soċjo-reliġjuża. F’dal-programmi ħassejna il-ħafna bżonnijiet li għandhom in-nies u kemm il-medja tista’ tkun ta’ għajnuna proprju għal min hu l-aktar fil-bżonn. Minn dakinhar il-ħtiega għax-xandir żdied bil-kbir u għalhekk fl-2011 il-Fondazzjoni għazlet li tibdel l-isem ghall-Fondazjzoni U (Xandir Soċjo-Reliġjuż). Bl-għajnuna ta’ ħafna, fl-2012 tniehdu sensiela ta’ Maratoni b’risq il-Missjoni, li waslu biex proprju mill-2015 bdejna norganizzaw sa tlett maratoni kbar fis-sena, li jixxandru fuq l-istazzjonijiet kollha tat-televixin, għall-ħabta ta’ Jannar, Gunju u Settembru.

Biex il-messagg tagħna jkompli jasal, ħassejna l-bżonn ta’ xandir kontinwu, li jmur aktar lil’hemm minn tlett xandiriet fis-sena. Dan qed isir permezz ta’ livestreaming kuljum fuq Facebook u YouTube kif ukoll fuq dan is-sit www.fondazzjoniu.org .

Ix-xandir tal-Fondazzjoni U ma limitax ruħu għal maratoni biss iżda jimraħ ferm aktar minn hekk. Kontinwament u ta’ kuljum, isiru xandiriet b’temi reliġjuzi bħal quddies minn ta’ Pinu għall-morda u l-anzjani, kollegamenti diretti mas-sorijiet tal-Klawsura, korsijiet bibbliċi, teoloġici u ta’ katekeżi minn ċentri reliġjuzi bħal l-istitut Kattoliku.

Il-Fondazzjoni U tagħti lilek, u proprju għalhekk l-isem U, opportunita’ biex issemma leħnek u tkun ta’ għajnuna għal dawk fil-bzonn, b’mod speċjali l-Missjoni. Inti wkoll tista’ tkun ta’ għajnuna għal ħaddiehor billi tingħaqad mat-tim kbir ta’ voluntiera u toffri servizz professjonali jew għajnuniet oħra fl-attivitajiet tagħna.

© Fondazzjoni U 2024
Dan il-proġett ġie iffinanzjat mill-Iskema ta' Support għal Inizjattivi Żgħar, imħaddma minn Malta Council for the Voluntary Sector. Dan il-proġett/pubblikazzjoni tirrifletti l-opinjoni tal-awtur biss. B'ebda mod, l-MCVS tista tinżamm b'xi mod responsabbli għal kontenut u/jew kwalunkwe użu li jista jsir mill-informazzjoni li tidher hawnhekk.
MCVS logo
Segretarjat Parlamentari logo
SIS logo