Maratoni
Mill-2008 l’hawn, il-Fondazzjoni U organizzat diversi maratoni b’risq il-missjoni, li minnhom ibbenifikaw ħafna missjunarji Maltin li qed jagħtu servizz fl-artijiet tal-missjoni.
F’dawn il-maratoni kollha nġabret somma li tqarreb il-Miljun Euro .
Bid-donazzjoni tiegħek,għall-Maratoni Missjoni, int kont għent biex
- inwasslu l-ilma nadif permezz tal-“life saver jerrycans” fil-Kenya ,fil-Filippini, fic-Chad, fil-Kamerun u fl-Afrika Centrali
- jinbnew djar (Palhotas) fil-Mozambik (l-Afrika) u 15-il dar għal familji fqar fil- Kerala fl-Indja li kienu qed jgħixu f’kundizzjonijiet ħżiena ħafna,
- nisponsorjaw tfal abbandunati fid-djar għat-tfal tas-sorijiet Maltin ulied il-Qalb ta’ Ġesu fl-Indja u fil-Kenya ,
- jinbnew żewg knejjes fil- Ghana ,
- jinxtara apparat kontra l-kanċer tas-sider għal sptar Malti fil- Ghana,
- ngħinu fil-proġett ta’ bini ta’ Rescue Centre fil-missjoni tal-kappuċċini l- Kenja ,
- ngħinu l-missjoni ta’ żewġ saċerdoti Għawdxin, fil- Peru u fl-Albanija ,
- ngħinu fil-kura tal-marda tal-lebra
- ngħinu lis-sorijiet Maltin tal-Karita’ jixtru generators għall-iskejjel u kliniċi tagħhom fil- Pakistan
- u ħafna, ħafna aktar.
Fil-preżent il-Fondazzjoni U qed torganizza tlett maratoni missjoni kbar fis-sena, li jixxandru fuq l-istazzjonijiet kollha tat-televixin, għall-ħabta ta’ Jannar, Ġunju u Settembru.