UTV

Il-Fondazzjoni U (Xandir soċjo-relġjuż) bi pjaċir tixtieq tħabbar li issa il-Fondazzjoni U, għandha l-istazzjon ġdid tagħha - UTV l-ewwel u l-uniku stazzjon soċjo-reliġjuż f’Malta.

L-iskop li għalih twaqfet il-Fondazzjoni U, 18 il-sena ilu fid-19 ta’ Diċembru 2005, kien u għadu XANDIR SOĊJO-RELIĠJUŻ GĦALIK (INT) (għalhekk U) INT l-iktar bniedem fil-bżonn. Jekk hawn xi ħadd fil-bżonn dawn huma it-tfal tal-missjoni. Għalhekk aħna tal-Fondazzjoni U mit-2008 bdejna nagħmlu maratoni b’risq il-missjoni, biex insalvaw kemm nistgħu tfal tal-missjoni mill-miżerja.

Il-Fondazzjoni U għaxar snin ilu kienet l-ewwel li waslet ir-Rużarju u l-Quddiesa minn ta’ Pinu fuq it-Televiżjoni.

Għal dawn l-aħħar 18 il-sena aħna tal-Fondazzjoni U, xtrajna air time tista tgħid fuq l-istazzjonijiet kollha tat-Televiżjoni Maltin - dan l-aħħar tlett snin b’mod partikulari fuq l-istazzjon kummerċjali Xejk TV.

Issa wasal iż-żmien li il-Fondazzjoni U, ikollha l-istazzjon ġdid tagħha – UTV stazzjon socjo-reliġjuż.

Ic-channel UTV beda jxandar fuq il-frekwenza tal-Go 111 fil-bidu din is-sena 2024.

Fil-frattemp il-Fondazzjoni U, ser tkompli ixxandar fuq il-paġna tal-facebook UTV, u fuq il-website UTV.mt kif ukoll mit-8pm sal 11pm sal-14 ta’ Frar 2024 fuq Xejk TV.

© Fondazzjoni U 2024
Dan il-proġett ġie iffinanzjat mill-Iskema ta' Support għal Inizjattivi Żgħar, imħaddma minn Malta Council for the Voluntary Sector. Dan il-proġett/pubblikazzjoni tirrifletti l-opinjoni tal-awtur biss. B'ebda mod, l-MCVS tista tinżamm b'xi mod responsabbli għal kontenut u/jew kwalunkwe użu li jista jsir mill-informazzjoni li tidher hawnhekk.
MCVS logo
Segretarjat Parlamentari logo
SIS logo